Il-PN jagħti €2,500 lil kull każin tiegħu stess 'għall-birthday tal-140 sena'

Robert Arrigo jgħarraf lill-Każini li se jgħaddi  €2,500 lil kull każin tiegħu stess 'għall-birthday tal-140 sena' biex bihom isir 'refurbishment'

Il-bandiera tal-PN fuq dak li kien il-Każin tal-PN f'San Ġiljan
Il-bandiera tal-PN fuq dak li kien il-Każin tal-PN f'San Ġiljan

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-140 sena minn meta twaqqaf il-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo, Viċi Kap tal-PN bagħat komunikat lill-każini tal-PN u qal illi l-partit se jgħaddi  €2,500 lil kull każin biex isir 'refurbishment' inkluż tal-faċċata. "Xtaqt li ghal birthday ikollna libsa sabiħa," qal Arrigo. 

Din l-inizjattiva xi ftit jew wisq tmur kontra d-direzzjoni tal-istess partit li kien biegħ numru ta' każini biex jagħmel tajjeb għas-sitwazzjoni finanzjarja ħażina tal-partit. Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat kif il-partit għandu €12-il miljun dejn ma' entitajiet tal-Gvern biss, l-aktar bolol, u għandu total ta' €34 miljun fi djun fi tliet entitajiet - Patria Trust, PN u Medialink.

Fost dawk il-każini li nbiegħu jew ippjanati li jinbiegħu hemm ta' Birżebbuġa, Bormla, Ħal Qormi, iż-Żejtun u ta' San Ġiljan. 

 

 

More in Politika