'Iż-żmien jagħtina parir ...' - L-MUMN dwar il-miżuri ta' bars u każini

L-MUMN tgħid li l-miżuri mħabbra mill-Gvern huma "aċċettabli" jekk ikunu infurzati ...

(Arkivji)
(Arkivji)

"Iż-żmien jagħtina parir jekk dwar bl-aħħar miżuri mħabbrin, il-Gvern huwiex qed jidħak bil-poplu għad-detriment ta' saħħitna u tal-ekonomija tagħna.  L-MUMN se tkun qed tagħmel moniteraġġ tas-sitwazzjoni u jekk l-affarijiet imorru għall-agħar id-direttivi jkunu infurzati."  Hekk sostna il-President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) b'reazzjoni għall-miżuri u kjarifikazzjonijiet li ħareġ il-Gvern dwar il-bars u l-każini. 

Filwaqt li Pace faħħar il-kjarifiki li saru, qal illi l-MUMN qed tfakkar li l-platters jistgħu faċilment jintużaw mhux biss biex il-bars ma jagħlqux iżda wkoll biex kollox ikompli qisu xejn mhu xejn.  "Il-kunċett li kulħadd ikun bilqiegħda u ħadd ma jista' jkun ma' bar huwa aċċettabbli imma jeħtieġ ikun infurzat bil-kbir."

L-istqarrija tal-MUMN tgħid illi l-infurzar tal-Gvern huwa meqjus fqir meta jkun hemm fatturi ekonomiċi fin-nofs u allura l-union għandha "riżervi kbar dwar is-suċċess ta' dawn ir-regolamenti." 

Pace qal li Malta qed tħallas prezz qares għat-tieni mewġa u qal illi l-unika ħaġa pożittiva - rata baxxa ta' mortalità - ma tistax tkun garantita għall-futur. 

More in Politika