Malta: It-tielet l-aktar pajjiż fid-dinja li qed jagħmel testijiet tal-Covid-19

Minn nhar it-Tnejn biss Malta għamlet 6,654 test għall-Covid-19 

Ir-rata ta' ttestjar għall-Covid-19 f'Malta mis-17 ta' Awwissu - skont is-sit ourworlddata.org -  kienet ta' 4.81 test għal kull 1,000  persuna li tpoġġi lil pajjiżna fit-tielet post fid-dinja f'dak li għandu x'jaqsam ma' numru ta' testijiet li qed isiru minn fost il-popolazzjoni.  Fl-aħħar ġimgħa, minkejja żieda sostanzjali fin-numru ta' każi attivi, it-total ta' testijiet li saru ġeneralment qed jaqbeż l-2,000 persuna kuljum. 

Ilbieraħ, per eżempju t-total ta' testijiet kien ta' 2,261, nhar it-Tlieta kien ta 2,124, nhar it-Tnejn u allura s-17 tax-xahar in-numru ta' testijiet tela' għal 2,269.  Dan ifisser illi din il-ġimgħa biss, sal-bieraħ, kienu diġa' saru 6,654 test. 

L-uniċi pajjiżi li qed jittestjaw aktar minn Malta huma l-Emirati Għarab Magħquda (UAE) u l-Bahrain li għandhom rata ta' 6.04 u 5.84 test għal kull 1,000 persuna rispettivament. 

Wara Malta hemm New Zealand, l-Istati Uniti u r-Renju Unit.

More in Politika