Ifiqu 87 pazjent u jfeġġu 21 każ ġdid; 32 immigrant ukoll jinstabu pożittivi

L-għadd tal-każi attivi (li jeskludi lill-immigranti) issa huwa ta' 471 każ

Fl-aħħar 24 siegħa numru rekord ta' 87 pazjent tal-COVID-19 ġew ikkonfermati mfejqa, filwaqt li feġġew 21 każ ġdid.

Apparti dan, fl-aħħar 24 siegħa, 32 immigrant ukoll ġew infettati mill-virus.

Dan ifisser li b'kollox, jekk wieħed jinkludi wkoll lill-immigranti, fl-aħħar 24 siegħa, l-awtoritajiet tas-saħħa qabdu 53 każ ġdid ta' COVID-19.

L-għadd tal-każi attivi (li jeskludi lill-immigranti) issa huwa ta' 471 każ.

B'kollox, fl-aħħar 24 siegħa, saru 2,040 test.

Intant, il-każi l-ġodda għadhom qed ikunu investigati. Mill-każi mħabbra lbieraħ, tnejn kienu qraba ta' persuni li ħarġilhom il-virus fl-aħħar jiem, tnejn kienu kuntatti diretti ta' pazjenti oħra morda bil-virus, erba' każi huma relatati ma' xogħol filwaqt li erba' każi rriżultaw minn ġemgħat.

Minn meta feġġ l-ewwel każ, f'Malta kien hawn 1,883 każ. Kienu 12-il persuna li sfaw vittma tal-virus filwaqt li 1,400 fiequ.

More in Politika