Titlef ħajjitha l-14-il persuna li kienet pożittiva għall-Covid-19

Anzjan ta' 85 sena li kien pożittiv għall-Covid-19 jitlef ħajtu

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li anzjan ta’ 85 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

Huwa ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħal l-isptar fl-1 ta’ Settembru hekk kif il-kundizzjoni tiegħu bdiet taqleb għall-agħar. Huwa miet aktar kmieni dalgħodu fl-IDU fl-Isptar Mater Dei.

Dan l-anzjan huwa l-14-il persuna li mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

More in Politika