Ilbieraħ saru 1,736 test u minn dawn ħarġu 53 każ ġdid filwaqt li 18-il pazjent fiequ.
Intant, aktar kmieni llum, tħabbret ukoll il-mewt ta' anzjana ta' 86 sena li hija s-16-il vittma tal-virus f'Malta.
L-għadd tal-każi attivi reġa' tela' għal 499 każ.
Il-każi li qed jitħabbru llum għadhom qed ikunu investigati.
Min-numru rekord ta' każi mħabbra lbieraħ:
- 16 kienu qraba pazjenti bil-Covid-19
- tnejn kienu kollegi
- tnejn kellhom kuntatt dirett ma' pazjenti
- żewġ każi kienu importati; u
- żewġ każi kienu mill-cluster tal-kompetizzjoni tal-bodybuilding.
Ilbieraħ tħabbar ukoll li kien hemm 24 każ mir-residenza tal-anzjani San Ġużepp fil-Ħamrun. Ma' dawn żdiedu żewġ każi oħra minn djar tal-anzjani.