Aġġornata | Ikkonfermati rekord ta' każi ġodda ta' Covid-19; Jiżdiedu 18-il każ f'dar tal-anzjani

F'Casa Antonia biss kien hemm 15-il każ pożittiv

Il-każi l-ġodda ta' Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa kienu 106 u dan hekk kif fl-aħħar ġimgħa l-virus deher jerġa' jgħolli rasu fil-komunità.

Mill-banda l-oħra fiequ 22 persuna biex issa l-għadd tal-każi attivi tela' għal 591. Ilbieraħ saru 2,479 każ.

Dan huwa numru rekord ta' każi ġodda f'ġurnata hekk kif sa issa l-akbar numru ta' każi ġodda kien ta' 78 każ, irreġistrat il-Ħadd li għadda.

Fl-aħħar jiem, il-każi baqgħu għolja u kuljum kien hemm madwar 50 każ.

Il-każi tal-lum għadhom qed ikunu investigati. 

Minn dawk tal-bieraħ, żdiedu 18-il każ f'dar tal-anzjani, tlieta f'St Joseph Home u 15-il każ f'Casa Antonia.

More in Politika