75.6% tan-negozji Għawdxin iħossu li s-Suppliment tal-Paga għandu jkun estiż

57.8% jemmnu li s-Suppliment tal-Paga kienet inizzjattiva tajba u 75.6% jaqblu li għandha tkun estiża

46.7% tan-negozji Għawdxin intlaqtu 'ħażin ħafna' mill-Covid-19
46.7% tan-negozji Għawdxin intlaqtu 'ħażin ħafna' mill-Covid-19

Maġġoranza kbira ta' negozji Għawdxin, ftit iktar minn tliet kwarti, jemmnu li l-għajnuna tal-Gvern fil-forma ta' Suppliment tal-Paga għandha tiġi estiża. B'kollox 75.6% jħossu li dan għandu jseħħ.  Dan jirriżulta minn sondaġġ xjentifiku ppubblikat mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, li juri wkoll kif mistoqsijin dwar l-impatt li l-pandemija kellha fuq in-negozju tagħhom 46.7% qalu li l-effett kien "ħażin ħafna" filwaqt li 22.2% qalu li l-effett kien "ħażin".

Kienu biss 6.7% li qalu illi ma ġewx affetwati. 

Minn naħa l-oħra 42.2% qed jgħidu li s-suppliment tal-paga għandu jinfirex għal aktar kategoriji ta' ħaddiema.  

Maġġoranza assoluta ta' 57.8% tan-negozji Għawdxin qalu illi l-effett tas-Suppliment tal-paga kien wieħed pożittiv filwaqt li 11.1% qalu illi l-effett kien negliġibbli.  Il-bqija, jew 31.1% qalu illi n-negozju tagħhom ma kienx affetwat minn din l-inizzjativa. 

Intant l-istess sondaġġ juri kif 64.4% tan-negozji Għawdxin jemmnu li l-Gvern għandu joħroġ grupp ieħor ta' vouchers bħal dawk li inħarġu dan is-sajf u li kienu mezz kif diversi negozji setgħu jkomplu jdawwru r-rota.  Meta mistoqsijin dwar l-effett tal-ewwel grupp ta' vouchers kienu b'kollox 35.6% li qalu illi l-effett kien  wieħed pożittiv, filwaqt li maġġoranza relattiva ta' 49% qalu li ma kinux intitolati biex jibbenefikaw minn din l-iskema. 

 

More in Politika