Imut it-tieni anzjan f'24 siegħa li kien pożittiv għall-Covid-19

It-23 persuna li mietet meta kienet pożittiva għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 98 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19..

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Settembru meta ddaħħal l-Isptar Mater Dei, minn residenza tal-anzjani. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn miet aktar kmieni llum.

Intant illum ukoll tħabbret il-mewt tat-tieni anzjan ta’ 83 sena miet waqt li kien  pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19, dakinhar li ddaħħal l-isptar Mater Dei fis-16 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.

Dan ifisser illi fl-aħħar tliet ijiem mietu b'kollox sitt anzjani, bl-akbar numru ta' nies li jmutu u li kellhom il-Covid-19 ikun bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.

Il-Ministeru tas-Saħħa qal li l-anzjani kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

More in Politika