Mill-bieraħ għal-lum 60 pazjent bil-Covid-19 ġew iddikjarati mfejqa filwaqt li feġġew 42 każ ġdid.
B'kollox, ilbieraħ, saru 2,444 test u issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 658.
Mill-bieraħ għal-lum mietu wkoll żewġ anzjani, wieħed ta' 84 sena u wieħed ta' 86.
Intant, mill-każi mħabbra lbieraħ, kien hemm erba' każi oħra minn djar tal-anzjani, tnejn minn Residenza San Ġużepp u tnejn minn Casa Antonia.
Kien hemm ukoll 11-il każ fost qraba ta' pazjenti, tlieta li kellhom kuntatt dirett ma' persuni pożittivi għall-virus, ħames kollegi, każ minn ġemgħat u każ ieħor importat.