Tkompli l-mewġa ta' mwiet kawża tal-Covid-19; Imutu żewġ anzjani oħra

Anzjana ta' 73 u anzjan ta' 91 sena mietu matul il-lejl li għadda

Żewġ anzjani, it-tnejn li huma residenti f’żewġt idjar tal-anzjani separati, mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

L-ewwel każ kien anzjan ta’ 91 sena. L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata l-kura sakemm miet ilbieraħ tard bil-lejl. 

It-tieni każ huwa ta’ anzjana ta’ 73 sena. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Settembru. Hija baqgħet tingħata l-kura sakemm mietet matul il-lejl. 

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi tal-Covid-19 f'Malta issa tela' għal 27.

More in Politika