Wara li l-bieraħ l-MUT iddikjarat li fallew id-diskussjonijiet bejnha u l-Ministeru, l-MUT laqqgħet il-Kunsill tagħha u immedjatament kellha laqgħa f'Kastilja mal-Prim Ministru, l-Ministru għall-Edukazzjoni u uffiċjali għolja oħra tal-gvern.
Madanakollu, skont stqarrija tal-MUT, din il-laqgħa kienet inkonklussiva u għaldaqstant se tkompli għaddejja llum bid-diskussjonijiet, fosthom se terġa' tlaqqa' l-Kunsill tagħha llum.
"L-MUT tifhem l-urġenza għal ċertezzi u qiegħda tagħmel dak kollu possibbli f’dan l-istadju delikat. Kif ikun hemm aktar informazzjoni ser inħabbruha immedjatament. Infakkru lil kulħadd li dan qed nagħmluh sabiex nipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi, tat-tfal u ta’ kulħadd," temmet tgħid il-unjin.