Aġġornata | It-tieni persuna anzjana bil-Covid-19 tmut f'24 siegħa

Żewġ anzjani, mara ta' 78 sena u anzjan ta' 90 sena bil-Covid-19 jitilfu ħajjithom fl-aħħar 24 siegħa

(Arkivji)
(Arkivji)

Anzjana ta’ 78 u anzjan ta' 90 sena bil-Covid-19 huma l-aħħar persuni, minn dik li tidher illi hija mewġa fl-aħħar ġimgħa u nofs, li mietu waqt li kienu pożittivi għall-virus.

L-anzjana ta' 78 sena mietet ftit wara li ddaħlet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei u wara li sarilha test, irriżultat li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Fi stqarrija, il-Ministeru spjega kif l-anzjana kienet pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19 fit-28 ta’ Awwissu u fid-9 ta’ Settembru. 

Ilbieraħ, l-anzjana ddaħħlet l-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei mill-Isptar Monte Carmeli u mietet ilbieraħ stess waqt li kienet fit-Taqsima tal-Emerġenza.

Kif inhi prassi, sar swab test waqt li kienet l-Emerġenza li kkonferma lill-pazjenta pożittiva bil-Covid-19.

Fl-Isptar Monte Carmeli għaddej ix-xogħol ta’ contact tracing biex jiġu ttestjati l-persuni li seta’ kellhom kuntatt mal-persuna.

Iktar tard illum ukoll il-Ministeru ħabbar li-anzjan ta' 90 sena kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-7 ta’ Settembru. Ġie trasferit fl-Isptar St Thomas fid-19 ta’ Settembru u trasferit lura l-Isptar Mater Dei ilbieraħ, 23 ta’ Settembru, fejn miet aktar kmieni llum

 

More in Politika