Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jiċċara li m'hemm l-ebda ftehim mal-Amerikani sa issa

 ... jgħid ukoll li l-Gvern huwa viċin ftehim ta' dan it-tip 'daqs kemm kien fi snin imgħoddija'

Il-Ministru Evarist Bartolo
Il-Ministru Evarist Bartolo

Wara ġurnata ta' kontroversja u reazzjonijiet il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo ċaħad illi hemm xi ftehim mal-Gvern Amerikan dwar is-SOFA - li jagħti u jkopri drittijiet ta' ħaddiema u memnbri tal-militar li jinsabu Malta. 

Kienet The Times dalgħodu li rrapportat kif il-Kabinett approva dan il-ftehim, filwaqt li l-PM Robert Abela sostna mal-ġurnalisti li hu ma jiddiskutix affarijiet li jiġu diskussi fil-Kabinett, barra l-Kabinett u qal ukoll illi jekk isir fethim dan ikun jirrispetta l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, inkluż in-newtralità. 

Fi stqarrija qasira l-Ministeru qal illi Malta hija viċin li tasal għal dan it-tip ta' ftehim daqs kemm kienet fi snin imgħoddija. 

Intant mill-ewwel bdew deħlin reazzjonijiet għal din l-istorja li għal ħafna mill-ġurnata baqgħet mhux miċħuda, fosthom il-Moviment Graffitti li qal illi jekk isir dan il-ftehim ikun tradiment ta' ħidmet Gvernijiet preċedenti Laburisti.

Il-Ministeru ċaħad ukoll li hemm xi rabta ma' ftehim ta' dan it-tip u r-rapport tal-Moneyval. 

More in Politika