Il-President ta' Malta George Vella saħaq li l-irwol ta' Oppożizzjoni ppreparata u attiva, speċjalment fil-ħidma parlamentari, hija essenzjali u mistennija.
Huwa qal dan fi stqarrija li fiha awgura lil Bernard Grech li nhar is-Sibt li għadda kien elett bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.
"Il-President jifraħ lil Dr Bernard Grech għal din il-ħatra, li ġġorr magħha responsabbiltajiet mhux żgħar, u jawguralu li jagħti l-kontribut kollu tiegħu, kemm bħala kap tal-partit, kif ukoll fl-irwol kostituzzjonali ta’ Kap tal-Oppożizzjoni, li mistenni jassumi dalwaqt. Dan sabiex il-ħidma tiegħu, kemm politika kif ukoll parlamentari, tkun dejjem bl-għan li naraw lil pajjiżna jimxi ’l quddiem, fl-aħjar interess taċ-ċittadini kollha," kiteb il-President.
Vella rringrazzja wkoll lil Adrian Delia u awguralu għall-futur.