AnneMarie, mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irriżultat negattiva għat-test tal-COVID-19.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista ħabbar kif fuq struzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika hi se tkun qegħda ttemm il-perjodu ta’ kwarantina ta’ 14-il ġurnata għada f’nofsillejl.
"Il-familja tal-Kap tal-PN tirringrazzja lil dawk kollha li bagħtu messaġġi u lill-professjonisti mediċi li urew professjonalità kbira matul dan il-perjodu," tkompli l-istqarrija.
Wieħed jistenna li AnneMarie Grech se tkun qed tidher għall-ewwel darba fil-pubbliku għall-ġurament ta' Bernard Grech bħala Kap tal-Oppożizzjoni, fil-ġranet li ġejjin.