Bernard Grech jippubblika l-kontijiet awdijati tal-kampanja tiegħu

Jifdal €15,000 mill-crowd funding li se jgħaddi lill-PN waqt maratonba ta' ġbir ta' fondi

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech  ippublika l-awditjar li sar fuq l-inizjattiva ta’ crowdfunding u l-infieq tal-kampanja tiegħu għall-elezzjoni ta’ Kap. Din l-inizjattiva ta' crowdfunding kienet waħda ġdida bil-mira ta' €50,000 tintlaħaq fi ftit jiem. 

Il-flus li baqa' minn din l-inizjattiva, li jammontaw għal ftit inqas minn €15,000, ser jiġu mgħoddija bħala donazzjoni lill-Partit Nazzjonalista waqt il-maratona ta' ġbir ta' fondi li ser issir għada l-Ħadd. 

Ir-rapport awditjat jista' jinqara hawnhekk: bit.ly/ElectionAuditReport

More in Politika