L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn issa 'l quddiem il-familjari ta’ persuni li jkunu mietu bil-Covid-19 se jkollhom ċans sa 24 siegħa biex jidfnu lill-qraba tagħhom.
Apparti minn hekk se jkun possibbli wkoll li jsir funeral, fi knejjes u postijiet ta’ qima, bl-istess regoli li hemm fis-seħħ fil-knejjes bħalissa.
Il-Ministeru saħaq li ħa din id-deċiżjoni wara proċess ta’ evalwazzjoni mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa dwar il-linji gwida fejn jidħol dfin ta’ persuni bil-COVID u li wasslet għar-reviżjoni tal-prassi eżistenti.
Sal-lum, persuni li jmutu bil-Covid-19 kienu qed jittieħdu minnufih, wara ftit sigħat, għad-difna fiċ-ċimiterju li għaliha setgħu jattendu biss il-qraba l-aktar viċini tal-persuna.