Iċ-Chief of Staff f'Kastilja Clyde Caruana se jkun qed jieħu post Etienne Grech minkejja li kien hemm ukoll interess minn Andy Ellul, il-kandidat li kien lagħab sew ma' Grech biex jiġi elett fl-elezzjoni każwali. Dan kien żvelat mis-sit maltatoday li rrappurtat kif Caruana huwa mistenni allura li jidħol fil-Parlament allura f'co-option ma' Miriam Dalli.
Caruana, li ma kkontestax l-aħħar elezzjoni ġenerali u kien Sindku ta' Ħaż Żabbar għal tliet snin, huwa fil-fatt l-ewwel kariga li ta Abela ftit wara li inħatar Prim Ministru ta' Malta. Huwa kien imexxi l-aġenzija Jobs Plus matul is-snin illi fihom kien Prim Ministru Joseph Muscat.
Caruana huwq meqjus bħala teknokratiku u allura huwa mistenni li jagħti imbuttatura fi żminijiet illi matulhom l-ekonomija se tkun qed tkompli tieħu daqqiet kbar minħabba l-Covid-19.