Covid-19 | Grech jappella għal aktar effiċjenza fl-ittestjar u l-contact tracing

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jakkuża lill-PM li ħa r-riedni f'idejh fil-Covid-19 u "tefgħana l-baħar"

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Brnard Grech
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Brnard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech appella biex isir aktar investiment ħalli tonqos il-lista ta' nies li se jagħmlu l-iswab tests u sabiex il-contact tracing tkun iktar spedita u effiċjenti. 

Iktar tard Chris Said irrakkonta kif jaf b'każijiet fejn l-awtoritajiet lanqas biss qed iċemplu għal contact tracing u qal persuni oħrajn kellmuh u qalulhom biex jagħmlu l-iswab tests ġimgħa wara.  "Tlifna x-xogħol kollu li konna għamilna minħabba ta' fuqek," qal id-Deputat Nazzjonalista lill-Ministru Fearne.

Intant fil-Parlament illejla Grech akkuża diversi drabi lill-Gvern illi qed jadotta politika tax-xejn mhu xejn u qal illi kif għandu ħin "biex iwaħħal l-istickers" - f'referenza għall-messaġġ politiku dwar il-baġit fil-Belt Valletta - saħaq li għandu jkollu ċ-ċans jispjega l-viżjoni u l-istrateġija tiegħu fir-rigward tal-Coivd-19. 

"Illum smajna bis-46 vittma sa issa. Aħna appoġġjajna lill-Gvern għaliex l-awtoritajiet tħallew jagħmlu xogħlhom mingħajr indħil, strateġija li rnexxiet .  Imma mbagħad il-Prim Ministru ħa r-riedni f'idejh u tefgħana l-baħar," saħaq il-Kap tal-Oppożizzjoni.  Huwa qal li għal dan ħadd ma ħa responsabilità politika.

Bernard Grech qal li minn "sitwazzjoni taħt kontroll" il-pajjiż "tilef is-sajf" minħabba numri jiżdiedu ta' każi ta' Covid-19. 

Huwa temm ifaħħar ħidmet il-frontliners u elenka lista ta' ħaddiema li ħadmu aktar waqt il-pandemija

More in Politika