Baġit 2021 | L-aġenti tal-proprjetà kuntenti bil-miżuri li qed 'jagħmlulhom kuraġġ'

Douglas Salt jgħid li l-miżuri tal-Baġit jagħtu lill-aġenti tal-proprjetà l-kuraġġ li jkomplu bl-isforzi tagħhom ...

Is-sezzjoni tal-Aġenti tal-Proprjetà fl-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) qalet illi l-miżuri "tanġibbli" li ħabbar il-Gvern fir-rigward tal-proprjetà "huma kruċjali fil-mument diffiċli ta' bħalissa maħluq mill-pandemija."

Il-Gvern ħabbar, fost oħrajn tnaqqis tat-taxxa fuq proprjetà li tintiret jew inkella tingħata bħala rigal, u żieda fl-ammont mhux taxxabbli fuq proprjetà li tinxtara minn First Time Buyer.  Il-Gvern ħabbar ukoll tnaqqis fit-taxxa fuq min qed ibiegħ u min qed jixtri l-proprjetà.

Douglas Salt sostna illi kienet importanti li l-Gvern aċċetta l-proposti tagħha u "qed jagħti l-għajnuna lil eluf ta' familji li jiddependu minn din l-industrija.  Il-fatt li l-Gvern wera' li huwa kommess li jibqa' jgħin, anke f'dawn iż-żminijiet diffiċli, tagħtina l-kuraġġ li nkomplu bl-isfrozi tagħna."

 

More in Politika