Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli saħqet li kif tħabbar fil-Baġit ta' nhar it-Tnejn li għadda, il-Gvern jinsab pass eqreb għall-proġett tas-shore to ship f'Birżebbuġa.
Fil-fatt, il-Ministru spjegat kif fil-ġimgħat li għaddew, il-Ministeru għat-Turiżmu lesta l-istudji neċessarji biex issa l-pass li jmiss hu li l-Ministeru japplika għall-fondi Ewropej.
Il-Ministru spjegat kif l-għan prinċipali wara dan il-proġett se jkun li jitnaqqsu l-emmissjonijiet fl-arja minħabba t-teknoloġija avvanzata li se tkun qed tiġi użata.
Semmiet ukoll l-investiment li kien sar bi tqegħid ta' white noise alarms biex tiġi mnaqqsa n-noise pollution.
Il-Ministru temmet tgħid kif dan il-Ministeru u l-Gvern kommessi li jkomplu jaħdmu biex dan il-proġett jitlesta fl-iqsar żmien.