Ilbieraħ, hekk kif saru 2,811 test, instabu 80 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 63 pazjent ġew iddikjarati mfejqa.
Dan ifisser li issa l-għadd tal-każi attivi f'Malta huwa ta' 1,895.
B'kollox 53 persuna tilfu ħajjithom minn meta feġġet il-pandemija f'Malta, bl-aħħar vittma jkun anzjan ta' 73 li miet matul il-lejl li għadda.
Total ta' 3,630 persuna fiequ mill-virus.
Mill-każi tal-bieraħ, 31 kienu qraba ta' pazjenti, tmienja kienu kollegi u tmienja oħra kellhom kuntatt dirett ma' persuni infettati.
Kien hemm ukoll każ wieħed minn Paceville, żewġ każi importati u tliet każi minn ġemgħat.