Il-każi attivi ta' Covid-19 reġgħu telgħin hekk kif bejn ilbieraħ u llum instabu 218-il każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 111-il pazjent.
Fil-fatt, il-każi attivi issa huma 1,937.
Skont l-awtoritajiet tas-saħħa, ilbieraħ saru xejn inqas minn 3,557 test.
Minn meta feġġet il-pandemija f'Malta, kien hemm 6,400 persuna li ħadu l-virus. 4,397 fiequ filwaqt li 66 mietu.
Il-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Intant mill-140 każ misjuba lbieraħ, 11 kienu qraba ta' pazjenti pożittivi, 12 kienu kollegi u tmien persuni kellhom kuntatt dirett ma' persuni pożittivi għall-virus.
Kien hemm ukoll ħames każijiet minn attivitajiet soċjali.