Jingħataw 294 multa kważi kollha lil persuni li nqabdu bla maskra

42 persuna jinqabdu fi gruppi ta' aktar minn sitt persuni

Skont il-Korp tal-Pulizija, fl-aħħar jiem inħarġu xejn inqas minn 294 multa lil persuni li nqabdu jiksru r-regolamenti marbuta mal-Covid-19. Kważi kollha ngħataw lil persuni li nqabdu bla maskra.

Apparti dawn, il-Pulizija ħarġet ukoll multi lil 42 persuna li nqabdu fi gruppi ta' aktar minn sitt persuni.

Fuq Facebook, il-Pulizija fakkru li l-maskra trid tkun qed tgħatti l-imnieħer, il-ħalq u l-geddum u appellaw biex persuna ma tarmix bl-addoċċ il-maskra tagħha.

Appellaw ukoll biex kulħadd jirrispetta l-miżura importanti tad-distanza soċjali.

More in Politika