Dan is-sit jinsab infurmat minn sorsi differenti illi l-eks Ministru Konrad Mizzi qed jiġi interrogat mill-Pulizija fid-Depot. Għadu mhux magħruf eżattament dwar liema akkużi qed jiġi interrogat, iżda huwa mifhum li l-interrogazzjoni titratta diversi ftehim u anke akkużi li saru fil-konfront tal-eks Ministru Mizzi.
Konrad Mizzi kien is-sid ta' waħda mill-kumpaniji fil-Panama, marbutin ma' 17 Black - kumpanija ta' Yorgen Fenech - u li minnha kellhom jgħaddu mal-$2 miljun fl-ewwel sena minn operazzjonijiet ta' turiżmu u skart minn pajjiżi bħall-Bangladesh, l-Indja u l-Afrika ta' Isfel. Mizzi ppresieda fuq diversi kuntratti kontroversjali fosthom il-Vitals Global Healthcare - li rat din il-kumpanija bla esperjenza fil-qasam tingħata il-konċessjoni ta' tliet sptarijiet pubbliċi, kif ukoll il-kuntratt għall-Wind Farm fil-Montenegro.
(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)