Fl-aħħar 24 siegħa tħabbru 141 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 97 persuna ġew ikkonfermat mfejqa.
Ilbieraħ saru 3,014 test u issa l-każi attivi huma 2,081.
Mill-153 każ imħabbra lbieraħ, il-maġġoranza assoluta kienu sporadiċi, jiġifieri mhux magħruf minn fejn persuni ħadu l-virus.
Minn dawk tal-bieraħ, 10 kienu qraba ta' pazjenti bil-Covid-19, sitta każi rriżultaw minn fuq il-postijiet tax-xogħol u ħames każi ħarġu minn ġemgħat.
Minn meta faqqgħet il-pandemija, f'Malta kien hawn 7,537 każ ta' Covid-19. 85 persuna sfaw vittma filwaqt li 5,371 persuna fiequ.