Il-Kurja b'sett aġġornat ta' miżuri għal waqt il-quddies u l-funerali
Dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ mil-lum u jibqgħu japplikaw sakemm jingħata avviż ieħor
More in Politika
Dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ mil-lum u jibqgħu japplikaw sakemm jingħata avviż ieħor
Il-Kurja tal-Arċisqof ħabbret sett ġdid ta' miżuri għall-knejjes u għal waqt iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, inkluż il-funerali u dan hekk kif il-każi ġodda ta' Covid-19 qed ikomplu jiżdiedu.
Fost oħrajn, il-Kurja qed tappella biex fejn possibbli, persuna tuża l-maskra u mhux visor u dan għax skont l-awtoritajiet tas-saħħa, din tista' toffri aktar protezzjoni mill-visor.
Jibqgħu fis-seħħ ukoll miżuri oħra importanti, fosthom:
Funerali
Il-kurja kkonfermat ukoll li funerali praesente cadavere jistgħu jsiru, anki għall-vittmi tal-Covid-19, kemm-il darba jitħarsu dawn id-direttivi dwar ċelebrazzjonijiet liturġiċi kif ukoll dawk tal-Awtorità tas-Saħħa, inkluż dwar id-distanza soċjali.
Apparti dawn, għall-funerali ta' persuni li jkunu mietu bil-Covid-19, qed jingħata l-permess li t-tebut ikun mgħotti b'faldrappa pulita u li anke flok jintrefa, it-tebut jitpoġġa fuq ir-roti.
Direttivi oħra, fosthom dawk dwar it-tindif tas-siġġijiet u l-bankijiet jibqgħu fis-seħħ.