Il-Kummissjoni Ewropea llum għaddiet lil diversi pajjiżi it-tieni pagament f'għajnuna finanzjarja bil-għan li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jkollhom fondi li jgħinuhom sabiex jiffaċċjaw il-problemi ekonomiċi u ta' saħħa pubblika li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19.
Malta llum se tkun qed tiriċevi €120 miljun f'dan it-tieni pagament minn total ta' €244 miljun. Il-Kummissjoni qed tapprova b'kollox €14-il biljun lil disa' pajjiżi f'dan it-tieni pagament taħt l-istrument SURE u qed tagħti €510 miljuni lill-Kroazja, €250 miljuni lil Ċipru, €2 biljuni lill-Greċja, €6.5 biljun lill-Italja, €120 miljun lil-Latvja, €300 miljun lil-Litwanja, €200 miljun lill-Islovenja u €4 biljun lill-Spanja.
Dan is-self qed jgħin biex Gvernijiet Ewropej ikunu jistgħu jilqgħu għall-spejjeż fl-infieq pubbliku u sabiex jippreservaw l-impjiegi.