Fl-aħħar sigħat instabu 110 każi ġodda ta' Covid-19, iżda l-għadd tal-każi attivi naqas hekk kif fiequ 161 persuna.
B'kollox, bħalissa, hawn 2,097 persuna morda bil-Covid-19.
Mill-każi mħabbra lbieraħ, 26 kienu qraba, disa' kienu kollegi u erba' persuni kellhom kuntatt dirett ma' persuni pożittivi għall-virus.
Kien hemm ukoll żewġ każi minn ġemgħat. Il-bqija tal-każi kienu kollha sporadiċi, jiġifieri mhux magħruf minn fejn persuna tkun ħadet il-virus.
Ilbieraħ saru 2,345 test.
Minn meta feġġet il-pandemija f'Malta, kien hemm 8,247 pazjent li mardu bil-virus. 6,049 fiequ filwaqt li kien hemm 101 persuna li tilfu ħajjithom.