151 tabib u infermier jinsabu fi kwarantina

Il-Ministru Fearne jispjega kif fl-aħħar ġimgħat ġew impjegati 44 infermier ġdid f'Mater Dei u 11 oħra se jiġu impjegati fil-jiem li ġejjin

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li bħalissa hemm aktar minn 151 professjonisti mediċi, bejn tobba u infemiera, li jaħdmu fid-Dipartimenti tal-Ministeru għas-Saħħa u li jinsabu fi kwarantina.

Fearne qal dan fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-Kelliema tal-Oppożizzjoni, Claudette Buttigieg.

Mistoqsi wkoll jekk hemmx nuqqas ta’ infermiera fl-Isptar Mater Dei, il-Ministru Fearne qal biss li fl-aħħar seba’ ġimgħat ġew ġew impjegati 44 infermiera ġodda sabiex tkompli tintlaħaq id-domanda għas-servizzi.

Qal ukoll li fil-jiem li ġejjin ser ikunu qed jiġu mpjegati 11 il-infermier ġdid ieħor.

Buttigieg staqsiet ukoll lill-Ministru għas-Saħħa jekk hemmx biżżejjed infermiera u anestetisti biex jieħdu ħsieb il-115 sodda tal-ITU, b’Fearne jisħaq li qed it-taħriġ adekwat lil-infermiera kif ukoll tobba minn speċjalitajiet u oqsma differenti sabiex ikunu jistaw jassistu lill-pazjenti kollha li jkunu qed jieħu l-kura fl-ITU.

More in Politika