Sitt persuni jirriżultaw pożittiv għall-Covid-19 wara li mietu

Charmaine Gauci spjegat kif test wara l-mewt isir meta jkun hemm suspett qawwi li persuna setgħet kienet pożittiva għall-virus qabel mietet

Waqt sessjoni ta' mistoqsija u tweġiba ma' Times of Malta, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, spjegat kif minn meta feġġ l-ewwel każ ta' Covid-19 f'Malta, kien hemm sitt każi ta' persuni li rriżultaw pożittivi għall-virus wara li mietu.

Gauci spjegat kif test wara l-mewt isir meta jkun hemm suspett qawwi li persuna setgħet kienet pożittiva għall-virus qabel mietet.

Kompliet tispjega kif anke f'dan il-każ jittieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni u anke l-passi kollha neċessarji biex isir kuntatt ma' dawk il-persuni li jkunu setgħu ġew f'kuntatt mal-persuna kemm qabel u anke wara li tkun mietet. 

B'kollox, il-Covid-19 ħalla 103 vittmi f'Malta.

More in Politika