L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 173 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 135 persuna kienu kkonfermati mfejqa.
Dan ifisser li l-għadd tal-każi attivi issa huwa ta' 2,133.
Ilbieraħ saru 3,380 test.
Il-każi tal-bieraħ għadhom qed ikunu investigati. Minn dawk tal-bieraħ, kien hemm 32 każ ta' persuni li jiġu minn pazjenti li rriżultaw pożittiv għall-Covid-19, 14-il każ ta' kollegi u sitt każi ta' persuni li kellhom kuntatt dirett ma' persuni pożittivi.
Kien hemm ukoll żewġ każi li ħarġu minn ġemgħat soċjali.
Minn meta feġġet il-pandemija kien hawn f'Malta 8,420 każ ta' Covid-19.
6,184 persuna fiequ u 103 persuni mietu.