Il-filosfu, kritiku letterarju, kittieb u professur Oliver Friġġieri - ġgant fil-qasam tiegħu - miet fl-età ta' 73 sena.
Friggieri, fost il-bosta novelli u stejjer li kiteb, kien kiteb l-awtobijografija tiegħu 'Fjuri li ma jinxfux' li tittratta ħajtu mill-1955 sal-1990
Aktar novelli ta' Friggieri huma:
- 1977 - Il-Gidba
- 1980 - L-Istramb
- 1986 - Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri (
- 1998 - Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ
- 2000 - It-Tfal Jiġu bil-Vapuri
- 2006 - La Jibbnazza Niġi Lura
- 2008 - Fjuri li ma Jinxfux
- 2011 - Dik id-Dgħajsa f’Nofs il-Port
Friggieri kien wieħed mill-aktar nies li ppromovew il-letteratura Maltija u kien ko-fundatur tal-magażin Sagħtar u ta' Klabb Kotba Maltin.
Hu għallem fi skejjel sekondarji qabel mexa' għall-eduklazzjoni terzjarja fejn kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti sal-2002.