Ifiqu 128 persuna filwaqt li jinstabu 96 każi ġodda

Dan ifisser li l-għadd tal-każi attivi issa huwa ta' 2,034

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 96 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li 128 pazjent ieħor ġew iddikjarati mfejqa.

Dan ifisser li l-għadd tal-każi attivi issa huwa ta' 2,034.

B'kollox fiequ 8,015-il persuna, filwaqt li l-vittmi telgħu għal 148.

Mill-każi mħabbra lbieraħ, 23 kienu qraba ta' pazjenti, tmienja kienu kollegi u disa' persuni ġew f'kuntatt dirett ma' persuni bil-virus.

Kien hemm erba' każi oħra minn gemgħat soċjali.

Minn Marzu f'Malta kien hawn 10,197 każ ta' Covid-19.

More in Politika