L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li 101 persuna nstabu pożittivi għall-Covid-19 bejn ilbieraħ u llum filwaqt li fiequ 150 persuna oħra.
Dan ifisser li l-għadd tal-każi attivi issa huwa ta' 1,761.
Ilbieraħ saru 2,978 test.
Intant, mill-59 każ mħabbra lbieraħ, 19 kienu fost qraba u seba' kienu kollegi ta' persuni li nstabu pożittivi fl-aħħar jiem.
Kien hemm ukoll żewġ persuni li ġew f'kuntatt ta' persuni infettati u żewġ każi oħra żviluppaw minn attivitajiet soċjali.
Minn Marzu, f'Malta kien hawn 11,254 każ ta' Covid-19.
174 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li 9,319-il persuna fiequ.