L-għadd tal-vittmi tal-Covid-19 jitla' għal 177; Imutu tliet persuni oħra

L-etajiet tal-anzjani li tilfu ħajjithom illum ivarjaw bejn is-86 u d-99 sena

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 99 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-8 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 94 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-9 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 86 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi issa tela' għal 177.

More in Politika