L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 60 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li 154 persuna ġew ikkonfermati mfejqa.
Dan ifisser li l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 1,623.
Ilbieraħ saru 2,637 test.
Mill-każi mħabbra lbieraħ, kien hemm 26 każ fost qraba ta' pazjenti bil-Covid-19, 18 il-persuna li ħadu l-virus mingħand kollegi u disa' oħra ġew infettati wara li ġew f'kuntatt dirett ma' persuni bil-virus.