It-tfal se jingħataw nasal sprays kontra l-influwenza matul il-vaganzi tal-Milied

Għall-ewwel darba Malta akkwistat 25,000 nasal spray sabiex it-tfal ikollhom l-opportunità li jkunu protetti mill-influenza mingħajr il-bżonn ta’ tilqima 

Min-nhar it-Tnejn 21 ta’ Diċembru sal-4 ta’ Jannar, it-tfal ta’ bejn is-sentejn u t-tmintax-il sena jistgħu jieħdu nasal spray għall-influwenza miċ-Ċentri tas-Saħħa madwar Malta u Għawdex. 

Il-Ministeru għas-Saħħa spjega kif għall-ewwel darba, akkwista 25,000 nasal spray sabiex it-tfal ikollhom l-opportunità li jkunu protetti mill-influenza mingħajr il-bżonn ta’ tilqima. 

Iż-żmien magħżul li tulu se jingħata dan l-ispray lit-tfal huwa intenzjonat li jaħbat mal-vaganzi tal-Milied sabiex jirrikorru għalih kemm jista’ jkun tfal u għalhekk il-maġġoranza tat-tfal Maltin jidħlu lura għall-iskola b’immunità kontra l-influwenza. 

In-nasal spray mhux rakkomandat għal min ibati minn allerġija għall-bajd u min ibati minn kundizzjonijiet immunosuppressive. 

Iċ-Ċentri tas-Saħħa huma miftuħin kif ġej:

Mosta, Raħal Ġdid, Furjana, Kirkop, Gżira u Rabat (Għawdex): mit-Tnejn sas-Sibt mill-10am sa 7pm u l-Ħadd mit-8am sas-7pm;

Birkirkara, Rabat (Malta), Qormi, Bormla: mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10am sa 7pm, is-Sibt mill-10am sa 12pm, u l-Ħadd mit-8am sas-7pm.  

It-tilqima tal-influwenza għall-adulti għadha disponibbli miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha.

More in Politika