L-ewwel każi tal-varjant il-ġdid tal-Covid-19 f'Malta
Id-Deputat PM Chris Fearne jħabbar l-ewwel każ tal-varjant tal-Covid-19 f'Malta
More in Politika
Id-Deputat PM Chris Fearne jħabbar l-ewwel każ tal-varjant tal-Covid-19 f'Malta
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar fi tweet illi Malta għandha l-ewwel każi tal-varjant il-ġdid tal-Coronavirus, li huwa aktar b'saħħtu - fis-sens li jittieħed aktar malajr mill-varjant ta' qabel, pero' li xorta jaħdem kontrih il-vaċċin li beda jingħata lill-poplu Malti u l-popli Ewropej kollha.
Il-varjant l-ewwel li deher fl-Ewropa kien fir-Renju Unit sakemm beda jinfirex f'diversi pajjiżi.
UK #coronavirus variant registered in Malta. Cases are isolated and contacts quarantined. Stay vigilant, stay responsible, stay safe.
— Chris Fearne (@chrisfearne) December 30, 2020
Ir-Renju Unit sab li dan il-varjant tal-coronavirus u 70% iktar trażmessibbli minn dak preżenti, b'mutazzjonijiet simili jiġu rrappurtati fl-Afrika ta' Isfel, l-Olanda u d-Danimarka. Dan wassal biex diversi pajjiżi - mill-ġdid - bdew jgħalqu l-fruntieri tagħhom u jdaħħlu restrizzjonijiet ta' vjaġġar. Fosthom, Malta għalqet it-titjiriet minn u lejn r-Renju Unit.
Intant l-Covid-action team tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal illi l-Oppożizzjoni se tkompli tisħaq għal aktar sigurta’ fil-miżuri li qegħdin jittieħdu kemm sabiex nevitaw importazzjoni ta’ infezzjonijiet ġodda kif ukoll trasmissjonijiet lokali. Is-saħħa pubblika għanda tkun ta’ prijorita’ assoluta u l-ħarsien ta dawk vulnerabbli, morda u anzjani osservata bl-aħjar mod possibbli.