L-eks Ministru Konrad Mizzi, li kien responsabbli mill-ftehim kontroversjali tal-Gvern mal-VGH mhux se jkun qed jixhed fil-każ miftuħ mill-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Konrad Mizzi kellu jixhed flimkien mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat li taħt Gvern immexxi minnu, l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-isptar Karin Grech u l-isptar San Luqa kienu għaddew għand il-kumpanija VGH, li biegħet il-konċessjoni lil Steward Healthcare ftit xhur wara.
Din kienet it-tieni darba li Mizzi kellu jixhed f'dan il-każ iżda ma setax.
Ftit tal-ġimgħat ilu kien informa lill-Qorti li kien għadu kemm għamel swab test għall-Covid-19.
Intant, fis-seduta li jmiss, li se ssir nhar it-8 ta' Frar, Mizzi se jkollu jixhed bilfors, anke jekk ma jkunx jista' jidher il-Qorti, permezz ta' videoconferencing.