Matul il-lejl li għadda, persuna jew persuni mhux magħrufa, wettqu diversi graffiti kontra l-Covid-19 u l-vaċċin fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar u ma jidhirx li din kienet l-ewwel darba.
Kienet il-kunsilliera Nazzjonalista. Graziella Galea li ppubblikat ir-ritratti ta' dawn il-graffiti u saħqet li għamel rapport mal-Pulizija u anke mal-Kunsill Lokali ma' dan l-att vandalu.
"Nappella biex flimkien inkomplu naħdmu sabiex negħlbu din il-pandemija u allura għandna nsegwu d-direzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa," saħqet Galea, hekk kif uħud mill-graffiti saħansitra jiddeskrivu l-Covid-19 bħala 'ingann.'
🇲🇹 Sfortunatament, matul l-aħħar jiem, reġgħu saru iktar graffiti dwar il-virus tal-Covid-19 fil-lokalita’ ta’ San Pawl...
Posted by Graziella Galea on Friday, 22 January 2021