Numru ta' għaqdiet ambjentali jappellaw fuq il-ftehim tal-Aħrax u l-Miżieb

It-Tribunal tar-Reviżjoni Amministrattiva li ddeċieda li ma jistax jisma' il-każ tal-għaqdiet ambjentali dwar il-ftehim mal-FKNK
 

Il-ftehm mal-FKNK għall-art tal-Miżieb
Il-ftehm mal-FKNK għall-art tal-Miżieb

Numru ta' għaqdiet ambjentali u individwi li qegħdin jikkontestaw il-ftehim dwar l-Aħrax u l-Miżieb li ġie iffirmat bejn l-Awtorita' tal-Artijiet u l-FKNK, ħabbru li ser jappellaw sentenza tat-Tribunal tar-Reviżjoni Amministrattiva li ddeċieda li ma jistax jisma' dan il-każ.

It-Tribunal qal li l-partijiet li qegħdin jikkontestaw il-ftehim ma jikkwalifikawx bħala 'persuni aggravati' taħt il-liġi, għaliex dawn ma ġewx 'notifikati bid-deċiżjoni' tal-Awtorita' tal-Artijiet dwar il-ftehim. Għaldaqstant it-Tribunal iddeċieda li dan ma kienx il-forum it-tajjeb fejn għandu jinstema dan il-każ.

L-Għaqdiet Ambjentali fi stqarrija qalu li huma inkwetati li dan ifisser li l-ebda' persuna terza ma tista' tikkontesta ftehim bejn tal-Awtorita' tal-Artijiet u xi ħadd ieħor quddiem it-Tribunal għar-Reviżjoni Amministrattiva.

Għalhekk ħabbru li sejrin ikunu qegħdin jappellaw minn din id-deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Appell u l-fora l-oħra disponibbli għalihom.

L-għaqdiet li se jkunu qed jappellaw huma: The Ramblers' Association of Malta, Flimkien Għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Moviment Graffitti, Din l-Art Helwa and Birdlife Malta.
 

More in Politika