Filmat | Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci tieħu l-vaċċin għall-Covid-19

Charmaine Gauci kienet ġiet ikkritikata għax ma kinitx ħadet tali tilqima, nhar il-Ħadd li għadda

Is-Supretendent Gauci tieħu l-vaċċin
Is-Supretendent Gauci tieħu l-vaċċin

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci llum ħadet it-tilqima kontra l-Covid-19, biex issa hija t-tieni persuna f'kariga għolja jew minn awtorità tas-saħħa li ħaditha.  Sa issa kien il-President tar-Repubblika George Vella biss li ħadha mill-awtoritajiet, bl-opinjonista u s-sieħba ta' Simon Busuttil Kristina Chetcuti tikkritika l-fatt li Gauci ma kinitx għadha ħadet it-tilqima, fost kritika oħra. 

Gauci issa ilha l-wiċċ tal-istrateġija tal-Gvern dwar il-pandemija u minkejja li kienet Supretendent qabel, il-Covid-19 fisser li ta kuljum - għal xi żmien - il-poplu kien isegwiha fuq it-TV tagħti konferenza tal-aħbarijiet dwar l-aħħar żviluppi.  Dawn issa qed isiru kull nhar ta' Ġimgħa minflok kuljum.

Intant illum tħabbar li sa issa ngħataw 17,767 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, bil-pazjenti kollha li qed jieħdu kura fit-tul fl-Isptar Karen Grech jingħataw l-ewwel doża.

Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 119-il każ ġdid ta' Covid-19 u 211 persuna li fieqet. 

 

More in Politika