L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 208 każi ġodda tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 200 persuna oħra.
Apparti minn hekk, mietu tliet persuni oħra. Dawn huma żewġt irġiel ta' 87 u 69 sena li mietu f'Mater Dei u anzjana ta' 87 sena li mietet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Il-każi attivi tal-Covid-19 issa huma 2,687. Ilbieraħ saru 3,565 test.
Intant, sa issa ġew amministrati 23,512-il doża tal-vaċċin. 2,095 irċevew iż-żewġ dożi.