Tibda tingħata t-tieni doża tat-tilqima kontra l-COVID-19 fid-djar tal-anzjani

Il-Ministru Michael Farrugia ngħata l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-COVID-19

Minn dalgħodu bdiet tingħata t-tieni doża kontra l-COVID-19 lill-anzjani li kienu ħadu l-ewwel doża tat-tilqima fid-djar kollha tal-anzjani, inklużi dawk privati, kif ukoll il-frontliners. 

Fid-dar tal-anzjani fil-Mellieħa llum ngħatat it-tieni doża tat-tilqima, fost l-oħrajn lill-ewwel żewġ anzjani mid-djar tal-anzjani li ngħataw din it-tilqima.

“Hekk kif bħalissa għaddejin bit-tilqim lill-anzjani u ħaddiema fid-djar kollha tal-anzjani, inkluż dawk privati, illum bdejna nagħtu t-tieni doża tat-tilqima lil dawk li tliet ġimgħat ilu ngħataw l-ewwel doża. Bir-ritmu li qbadna l-anzjani fid-djar kollha tal-anzjani, inkluż dawk privati, se jkunu ngħataw it-tieni doża sal-aħħar ta’ Frar,” qal il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia.

Preżenti fid-dar tal-anzjani ‘Dar il-Madonna’ il-Ministru Michael Farrugia ngħata l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-COVID-19.

More in Politika