'91% tal-frontliners mediċi aċċettaw u ħadu l-vaċċin kontra l-Covid-19' - Fearne

Qal li hemm frontliners li ma ħadux dan il-vaċċin minħabba raġunijiet mediċi u hemm ukoll oħrajn li għadhom ma kkonfermawx jekk hux se jkunu qed jieħdu dan il-vaċċin

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li minn dawk eliġibbli, 91% ta’ frontliners mediċi aċċettaw u fil-fatt ħadu l-vaċċin tal-Covid 19.

Huwa qal dan fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija tal-Kelliema tal-Oppożizzjoni Maria Deguara.

Fearne saħaq li hemm frontliners li ma ħadux dan il-vaċċin minħabba raġunijiet mediċi u hemm ukoll oħrajn li għadhom ma kkonfermawx jekk hux se jkunu qed jieħdu dan il-vaċċin.

Mistoqsi x'se tkun il-policy tal-Gvern rigward il-frontliners li rrifjutaw li jieħdu l-vaċċin tal-Covid-19 u jekk hux se jitħallew jibqgħu b'kuntatt dirett mal-pazjenti jew ma residenti fi djar tal-anzjani, Fearne fakkar li l-Gvern qiegħed joffri it-tilqima kontra l-COVID-19 fuq bażi volontarja, inkluż għall-professjonisti tas-saħħa, anke dawk li jaħdmu mal-pazjenti jew ma residenti fi djar tal-anzjani.

"Huwa ta’ sodisfazzjoni li l-maġġoranza l-kbira ta dawn il-professjonisti ġew biex jitlaqqmu. Dawk li s aissa ma tlaqqmux ovvjament se jkomplu jaħdmu bħal qabel għaliex il-protokolli ta' infection control huwa effettivi biex jevitaw tixrid tal-infezzjoni," saħaq Fearne.

Insista li dawn se jibqgħu fiċ-ċans li jieħdu t-tilqima.

More in Politika