Attivisti tal-organizzazzjoni Repubblika nġabru quddiem il-Ministeru għall-Ġustizzja biex jipprotestaw u jitolbu għar-riżenja tas-Segretarju Ġenerali Rosianne Cutajar.
Il-President tal-organizzazzjoni, Robert Aquilina, deher ġewwa l-Ministeru, fejn talab jitkellem ma' Cutajar, filwaqt li l-attivisti nġabru fi Pjazza Indipendenza jżommu kartelluni li jgħidu 'tikka diċenza' u strixxun kbir b'wiċċ Cutajar, Yorgen Fenech u l-Prim Ministru Robert Abela u l-kliem "warrab Rosianne."
Rapporti kienu allegaw kif Cutajar, allegatament daħlet fil-but €9,000 mingħand Yorgen Fenech bħala parti minn ftehim għax-xiri ta’ proprjetà fl-Imdina għal €3.1 miljun.
Kien żvelat ukoll li Cutajar fittxet l-għajnuna mingħand l-istess Fenech għal sondaġġ politiku fid-distrett tagħha fl-2019.
F’Diċembru li għadda, il-gazzetta MaltaToday kienet irrapportat kif l-istess Cutajar ħadet madwar €50,000 oħra f’senserija mingħand is-sid ta’ din l-istess proprjetà.
Dawn l-allegazzjonijiet jinsabu quddiem il-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler