200 residenti f'Ħad-Dingli ffirmaw petizzjoni ta' Moviment Graffitti hekk kif l-attivisti raqdu għat-tielet lejl f'għelieqi, biex dalgħodu, għar-raba' ġurnata, qamu jwaqqfu x-xogħlijiet ta' Infrastructure Malta fuq triq kontroversjali, li se tgħaqqad Triq id-Daħla tas-Sienja u Triq San Ġwann Bosco.
Din it-triq, parti minnha f'ODZ, se tgħaddi minn għelieqi li jinħadmu u minħabba fiha se jkollhom jinqalgħu siġar antiki, apparti li hemm biżgħa li ssir ħsara lil fdalijiet ta' kappella medjevali.
❗Two hundred Dingli residents sign petition against “Road to Nowhere”❗
⚠️ “Useless, harmless and questionable” project...
Posted by Moviment Graffitti on Wednesday, 24 March 2021
Il-petizzjoni ġiet ippreżentata ftit ħin biss wara li tliet residenti ppreżentaw protest ġudizzjarju kontra l-attivisti jisħqu li ħadd ma qabbadhom biex jipprotestaw f'isem ir-residenti. Akkużahom ukoll li minħabba fihom hemm residenti li qed jaslu tard għax-xogħol. Il-protest tagħhom kellu l-appoġġ ta' madwar 13-il residenti oħra.
Graffitti ddeskrivew dan il-protest bħala attentat ieħor minn Infrastructure Malta u l-Ministru Ian Borg biex isikktuhom.
Il-petizzjoni ntbagħtet lill-Ministru Borg u lil Frederick Azzopardi ta' Infrastructure Malta.
Bonġu ☀️
Dan huwa r-raba’ jum tagħna f’Ħad-Dingli fejn qegħdin inwettqu azzjoni diretta sabiex inwaqqfu lil...
Posted by Moviment Graffitti on Wednesday, 24 March 2021
Oriġinarjament, dawn ix-xogħlijiet bdew is-sena li għaddiet iżda twaqqfu f'Ottubru meta pprotestaw ir-residenti u l-attivisti.
Il-ġimgħa li għaddiet ukoll, it-Tribunal għall-Appell u l-Ippjanaw waqqa' l-appell li kien infetaħ kontra dan il-permess. Ikkonfermat ukoll id-deċiżjoni biex jinqalgħu s-siġar antiki li hemm waqt li saħqet li l-aġenzija se tkun qed tħawwel 30 siġra oħra.
Ir-residenti qed jisħqu li Infrastructure Malta qed tgħidilhom li x-xogħlijiet huma neċessarji biex tgħaddi vettura tat-tifi tan-nar, iżda huma qed jinsistu li din tgħaddi bit-triq kif inhi bħalissa u li l-uniku raġuni hija biex ikun jista' jitla' aktar bini.
Din il-ġimgħa, il-Kunsill Lokali vvota b'mod unanimu favur dan il-proġett.