Erba' Maltin minn kull għaxra ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u dan ipoġġi lil Malta quddiem nett fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Apparti minn hekk, skont l-aħħar ċifri ppubblikati miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, 12.1% tal-popolazzjoni issa hija mlaqqma biż-żewġ dożi.
Aqra wkoll: Fearne jgħid lil BBC li fis-sajf Malta se tkun l-aktar pajjiż sigur għas-safar
Dan ukoll ipoġġi lil Malta quddiem nett. Warajha hemm l-Ungerija b'9.8% u d-Danimarka b'7.9%.
Sal-lum, f'Malta ġew amministrati 215,700 doża tal-vaċċin. Minn dawn, 59,032 persuna ħadu ż-żewġ dożi.
Aqra wkoll: Ir-Renju Unit u Malta fuq quddiem fid-dożi mogħtija
40% tal-popolazzjoni f'🇲🇹 ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19
40% of the Maltese population administered the first dose of Covid-19 vaccine
saħħa
Posted by Covid19 Malta on Monday, 5 April 2021